Saturday, November 9, 2024

ARA: “Ġurnata emozzjonanti”

- L-MEP Josianne Cutajar

Aqra wkoll

Fl-aħħar indirizza tagħha fil-Kumitat għall-Politika Reġjonali, l-MEP Josianne Cutajar ħadt l-opportunita biex tirringrazzja lil dawk kollha li ħadmu magħha matul dawn is-snin meta kienet tirrappreżenta lill-pajjiżna fil-Parlament Ewropew.

Saħqet li tinsab kburija bil-ħidma li wettaqt favur il-gżejjer tagħna. Fl-aħħar intervent tagħha fil-Kumitat hi rringrazzjat lil diversi persuni fosthom lill-interpriti li kienu qegħdin jagħmluha posibbli biex hi tuża l-lingwa Maltija biex tagħmel l-aħħar indirizzi tagħha lill-kumitat.

Filwaqt li Cutajar qalet li mhux se terġa’ tikkontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li jmiss, irringrazzjat lill-kollegi kollha. Irringrazzjat lill-membri kollha tal-kumitat tal-ħidma li wettqu flimkien. Saħqet li minkejja x-xogħol kbir li sar baqa’ ħafna aktar xi jsir biex jiġi implimentat ir-rapport b’mod effettiv fil-mandat li jmiss.

l-MEP awgurat lill-kollegi kollha li se jkunu qegħdin jikkontestaw l-elezzjoni li jmiss biex ikomplu l-ħidma speċjalment favur ir-reġjuni.

Tkellmet ukoll dwar din il-ħidma u wkoll kif il-fondi Ewropej kienu importanti għal pajjiżna f’diversi oqsma.

Sport