Wednesday, July 24, 2024

DBRS MORNINGSTAR b’rata ta’ A(High) stabbli għall-ekonomija Maltija

Aqra wkoll

L-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali DBRS Morningstar għal darb’oħra kkonfermat rating ta’ A (High) stabbli għal Malta. Din kienet il-11-il darba konsekuttiva li DBRS Morningstar tat ċertifikat f’saħħtu lill-ekonomija Maltija.

Fir-rapport ġie nnutat l-irkupru ekonomiku b’saħħtu wara l-pandemija tant li kien aqwa minn dak irreġistrat fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Ġie rraportat li l-ekonomija Maltija kibret bi 18% bejn l-2019 u l-2023.

B’dan kollu jfisser li l-ekonomija Maltija kibret b’sitt darbiet aktar mill-medja taż-Żona Ewro fl-istess żmien li Malta kienet qiegħda tiffaċċja bħal bqija tad-dinja pandemija globali u aktar tard anke l-effetti ekonomiċi internazzjonali li ġabet magħha l-gwerra fl-Ukranja u fil-Lvant Nofsani.

DBRS tgħid li dan it-tkabbir tal-ekonomija Maltija ġie mis-servizzi professjonali u setturi diġitali fosthom dak tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

Qed jiġi mbassar li l-ekonomija Maltija se tibqa’ b’saħħitha anke matul din is-sena hekk kif mistennija tikber b’4.4%.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss
Ekonomija

Sport