Saturday, May 4, 2024

TERRUR F’SYDNEY

Omm u tarbija fost il-midrubin ... jinqatlu 5 persuni

Aqra wkoll

Mill-inqas ħames persuni ġew maqtulin fil-belt ta’ Sydney fl-Awstralja hekk kif raħel armat b’sikkina beda jagħti l-addoċċ lil persuni li ra quddiemu. Rapport qegħdin jgħidu li r-raġel attakk mara b’tarbija li t-tnejn li huma jinsabu f’kundizzjoni kritika.

Kien għall-ħabta tat-3.30pm (ħin lokali) li r-raġel armat beda l-attakk tiegħu f’Bondi Junction Westfield mall li dak il-ħin kien ippakjat bin-nies.

Il-midja internazzjonali qiegħda tirraporta li t-tarbija li ġiet attakkata kellha tiddaħħal l-isptar u mill-ewwel ġiet operata. S’issa l-mottiv ta’ dan l-attakk għadu mhux magħruf, u mhux eskluż li kien attakk terroristiku.

Il-Pulizija s’issa għadhom ma ħarġux l-identita tar-raġel li wettaq dan l-attakk. Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li hu wettaq dan kollu waħdu u mhux f’isem xi organizzazzjoni terrorisitka. Kienet pulizija mara li qiegħda titqies bħala eroj li sparat lejn ir-raġel u qatlitu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport