Saturday, May 4, 2024

Carer f’dar tal-anzjani mixli li bies studenta fuq għonqha

Aqra wkoll

Kasu Haridasan, Indjan ta’ 44 sena li jaħdem bħala carer f’dar tal-anzjani fil-Fgura kien akkużat fil-Qorti li ta’ fastidju sesswali lil studenta ta’ 17-il sena.

Hu wieġeb mhux ħati tal-akkużi fosthom li fit-28 ta’ Marzu li għadda bies għonq studenta Spanjola fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp.

Kienet it-tfajla stess li marret tirraporta l-każ lill-Pulizija fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid. Il-Prosekuzzjoni qalet li t-tfajla qaltilhom li huwa segwiha fil-kamra tal-banju u wara li biesha talabha tbusu fuq xufftejh, iżda hi telqet tiġri ‘l barra.

Fil-Qorti ntqal li l-Indjan jgħix f’Malta flimkien ma’ martu u żewġ uliedu.

Wara li d-difża mexxija mill-Avukat Wilfrid Buttigieg għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, il-Maġistrat Elaine Rizzo tatu l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €2,500 u garanzija personali ta’ €6,000.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Wayne Buhagiar u Antonello Magri.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport