Friday, May 3, 2024

ARA: Ħabta bejn trailer u karozza tal-linja fil-Marsa

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li numru ta’ uffiċjali minn Transport Malta ntalbu jassistu fi Triq Aldo Moro, il-Marsa, hekk kif ftit tal-minuti ilu, għall-ħabta tal-11:30 a.m., seħħ inċident tat-traffiku.

Mill-ewwel informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li seħħ impatt bejn trailer u karozza tal-linja. X’aktarx li ħadd ma weġġa’ fl-inċident, hekk kif fuq il-post ma ġietx mitluba assistenza minn tim mediku. Intant, kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Talk.mt li uffiċjali tal-LESA ġew inkarigati minn dal-inċident.

Ritratt: Talk.mt

Kawża ta’ dan l-inċident, inħolqot konġestjoni tat-traffiku. Għalhekk, il-pubbliku huwa mħeġġeġ jagħmel użu minn toroq alternattivi sabiex jilħaq jikkalma t-traffiku.

Sport