Tuesday, May 14, 2024

Dragun jieħu n-nar waqt spettaklu f’Disneyland

Aqra wkoll

Folol ta’ nies, fosthom tfal li kienu qed igawdu prestazzjoni diretta f’Disneyland f’Kalifornja, l-Istati Uniti, inħakmu minn paniku nhar is-Sibt filgħaxija meta dragun animatroniku ġgantesk f’daqqa waħda ħa n-nar u sar irmied.

Filmati online juru lid-dragun ta’ 45 pied jinħakem minn nirien kbar u f’daqqa waħda jinbela’ mill-fjammi, bil-pumpiera tal-post jagħmlu minn kollox biex jikkontrollaw in-nirien.

Dan ġara waqt Fantasmic, prestazzjoni diretta li fiha wirjiet tal-ilma jisfidaw il-gravità piroteknika, u Mickey Mouse, bħas-soltu, isalva l-ġurnata. Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Fi stadju minnhom tal-prestazzjoni, splużjoni kbira ta’ nar sparat minn ħalq id-dragun, u għal xi raġuni sar vampa waħda. Minħabba li duħħan oħxon inxtered fiż-żoni tal-madwar, il-folol kellhom jiġu evakwati minn diversi attrazzjonijiet fil-qrib.

Fi stqarrija, Disneyland qalet li l-kawża tan-nirien għadha taħt investigazzjoni, u għalissa, kwalunkwe effett simili tan-nar se jiġi sospiż fil-parks tematiċi kollha tagħha madwar id-dinja.

Din mhix l-ewwel darba li seħħew inċidenti bħal dawn tant li fl-2018 kien seħħ każ ieħor f’Disney World fi Florida fejn pupazz bilqiegħda fuq karru waqt parata, rasu f’daqqa waħda ħadet in-nar.

Sport