Tuesday, December 24, 2024

ARA: “Hotel Metsola” biex tintuża darba fix-xahar fi żmien ta’ inċertezza ekonomika

Il-MEP Alex Agius Saliba jgħid li din hija insensittività lejn iċ-ċittadini Ewropej

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“F’dawn iż-żminijiet ta’ inċertezza ekonomika u soċjali, fi żminijiet fejn fondi ewropej jistgħu jintużaw biex ngħinu lill-ħaddiema tagħna, lil dawk l-aktar vulnerabbli, il-priijorità ta’ Roberta Metsola hija dik li li tinbena lukanda għall-MEPs, hotel li l-ġurnal Politico laqqama bħala hotel Metsola”. 

Iddikjara dan il-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba filwaqt li rrefera għall-ħsieb tal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola tkompli bil-pjan li tinbena lukanda ġdida għall-MEPs fi Strasburgu.

Skont il-ġurnal Politico, Metsola fi Frar li għadda batet ittra lill-Prim Ministru Franċiżi fejn tgħid li taqbel li l-Parlament Ewropew jitrasferixxi parti mill-binja tiegħu u jibni lukanda.

Agius Saliba qal li hu vvota kontra dan il-proġett għax ma jaqbilx li ċ-ċittadini Ewropej għandhom iħallsu għal din in-nefqa biex tinbena lukanda li l-MEPs jużaw biss darba fix-xahar. 

Is-sede tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu tikkjarifika dwar ir-rapport f’Il Politico

Intant kelliema għall-Parlament Ewropew talbet kjarifika dwar ir-rapport f’Il Politico u ddeskrivietu bħala wieħed b’informazzjoni skaduta.

Il-Parlament Ewropew qegħdin jirreferu għall-ittra tal-President Metsola miktuba fi Frar li għadda bi tweġiba għal ittra mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Castex ta’ Franza. Il-kelliema żiedet tinnota li d-dinja nbidlet b’mod konsiderevoli f’dan il-perjodu. Qalet wkoll li d-diskussjonijiet fi ħdan il-Parlament dwar din il-kwistjoni evolvew minn meta bdew id-diskussjonijiet fl-2021.

“Kif ġie ripetut fil-Kumitat għall-Baġits dan 26/10/22, abbażi ta’ skambji kontinwi mal-awtoritajiet Franċiżi, f’Lulju, il-Bureau adotta strateġija globali mmirata lejn l-ottimizzazzjoni tal-funzjonament u l-użu tas-sede tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu matul is-sessjoni plenarja, u l-użu tal-bini tal-Parlament għal konferenzi u avvenimenti ta’ livell għoli barra s-sessjonijiet plenarji kif ukoll għall-organizzazzjoni ta’ avvenimenti kulturali”, kompliet il-kelliema filwaqt li sostniet li l-Bureau ma impenja ruħu għall-ebda għażla speċifika u li ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni biex jinxtara jew jitneħħa bini eżistenti.

Tenniet tikkjarifika li fi kwalunkwe deċiżjoni dwar il-politika immobiljari tal-Parlament Ewropew għandha l-ewwel tiġi diskussa u miftiehma fi ħdan il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament Ewropew skont il-proċedura stabbilita.

Ekonomija

Sport