Sunday, May 5, 2024

Juventus kienu ftehmu ma’ Cristiano Ronaldo li jagħtuh €20m minkejja t-tnaqqis tas-salarji minħabba l-Covid-19

Aqra wkoll

Il-media Taljana rrappurtat li l-investigaturi sabu dokument sigriet iffirmat minn Juventus u Cristiano Ronaldo li fih il-club wiegħed li jħallas lill-attakkant Portugiż €20 miljun fl-2020, minkejja t-tnaqqis fis-salarji minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Wara li temm disa’ staġuni twal u ta’ suċċess ma’ Real Madrid, fis-sajf tal-2018 Cristiano Ronaldo ngħaqad mal-club minn Turin.

Mal-Bianconeri huwa skorja 101 goal f’134 partita, sakemm iddeċieda li jirritorna f’Old Trafford għall-istaġun 2021-22.

Matul il-perjodu tiegħu ma’ Juventus faqqgħet il-pandemija tal-coronavirus li pparalizzat lid-dinja kollha nkluż l-isport fejn il-clubs kienu kostretti li jnaqqsu s-salarji tagħhom quddiem din il-kriżi ekonomika.

Bħall-bqija tal-players, Ronaldo wkoll sofra dan it-tnaqqis fis-salarju …  li seta’ wkoll ħeba rregolaritajiet fil-kontijiet.

Jidher li l-club minn Turin ilu xhur sħaħ taħt investigazzjoni għal dawn l-allegati irregolaritajiet fil-kontijiet fejn instab dokument sigriet iffirmat minn Juve u Cristiano li fih il-club wiegħed li jħallas lill-attakkant Portugiż €20 miljun minkejja t-tnaqqis fis-salarju aġġustat waqt il-pandemija.

Huwa għalhekk li issa l-investigazzjoni ffukat fuq l-allegati dokumenti privati ​​li l-club iffirma mal-players tal-ewwel skwadra matul l-2020, f’tenattiv biex jinstabu l-irregolaritajiet tal-kuntratti lleġittimi.

Sport