Il-Patrijiet Franġiskani fil-Belt Valletta mill-Knisja ta’ Ġieżu organizzaw il-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes bis-sehem tal-Arċikonfraternità tas-Santissmu Kurċifiss.
Għall-ewwel darba wara bosta snin din il-purċissjoni rat is-sehem tas-Soċ. Fil. Nazzjonali La Valette li esegwiet diversi innijiet proċessjonali. Il-Knisja Kattolika tiċċelebra din il-festa fl-14 ta’ Settembru iżda kif sar f’dawn l-aħħar snin, il-festa esterna minn din il-komunità tkun iċċelebrata l-Ħadd ta’ wara.
Sadanittant, kienet iċċelebrata wkoll l-festa ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta. Il-festa ta’ din is-sena kienet waħda speċjali għall-komunità Agostinjana fil-Belt, hekk kif tlesta x-xogħol ta’ żebgħa u induratura fuq il-vara li nħadmet riċentament fl-injam minn Alfred u Aaron Camilleri Cauchi. Il-banda King’s Own akkumpanjat il-purċissjoni li saret ukoll ilbieraħ filgħodu.