Thursday, April 18, 2024

Monza jiktbu l-istorja … jissorprendu lil Juventus

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan, it-team promoss ta’ Monza li qed jilgħab fl-ogħla diviżjoni għall-ewwel darba fl-istorja tal-club … il-jum tat-18 ta’ Settembru, 2022, se jitniżżel b’ittri tad-deheb hekk kif irreġistraw l-ewwel rebħa meta għelbu lil Juventus bl-iskor ta’ 1-0. 

Fl-40 minuta, il-Bianconeri spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Angel Di Maria għal foul brutali meta ta daqqa ta’ minkeb f’sider Armando Izzo. 

Fit-tieni taqsima ż-żewġ timijiet resqu viċin b’tentattivi ta’ Ginaluca Caprari u Dany Mota għal Monza u Danilo u Leandro Paredes għal Juventus. 

Iżda fl-74 minuta, Monza skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa meta mill-cross ta’ Patrick Ciurria, id-difensur ta’ Juventus Federico Gatti, inqabad fuq sieq ħażina biex daħal Chris Gytkjaer u tefa’ ballun fix-xibka. 

Juventus ipprovaw jagħmlu reazzjoni iżda ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja.  

Ekonomija

Sport