Mara bi ġrieħi serji wara li sfat maqbuda bejn vann u ħajt fil-Port tal-Imġarr

Aqra wkoll

Ċinża ta’ 55 sena residenti l-Qala ġie ċertifikata li sofriet ġrieħi serji wara li għall-ħabta tal-4.15pm tal-bieraħ sfat maqbuda bejn vann u ħajt.

 Fi stqarrija l-pulizija qalu li l-inċident seħħ fi Triq ix-Xatt, Għajnsielem.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 27 sena residenti x-Xewkija kien qiegħed isuq Citroen Berlingo meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat f’ħajt, bil- konsegwenza li l-mara nqabdet bejn l-istess ħajt u l-vettura.

Hija ttieħdet l-isptar b’ambulanza fejn kienet iċċertifikata bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Dr. Monica Vella LL.D. kienet infurmata bil-każ filwaqt li li-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport