In-nies madwar id-dinja qed jiċċelebraw il-Milied – wieħed mill-aktar żminijiet ta’ qima fil-kalendarju Nisrani. Madankollu, għat-tieni sena konsekuttiva, dan huwa Milied b’differenza minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Iżda minkejja r-restrizzjonijiet li hemm f’diversi pajjiżi, xorta waħda raw kif jagħmlu biex b’xi mod jew ieħor jiċċelebraw Jum il-Milied.
Hawnhekk naraw dekorazzjonijiet ta’ dwal ikkuluriti li dawwlu dan il-passaġġ f’Taipei, it-Tajwan, li huwa popolari ħafna man-nies tal-lokal u t-turisti

Numru ta’ sorijiet inġabru għal ftit mumenti ta’ talb ġewwa knisja f’Nairobi, il-Kenja

Fil-Pakistan, għadd ta’ familji, ħafna minnhom bi tfal żgħar, attendew serata ta’ Lejlet il-Milied fil-knisja ta’ Sant’Andrija f’Karachi.

Fil-belt ta’ Betlehem, il-post li fil-Bibbja jissemma bħala dak il-post fejn twieled Ġesù, saret quddiesa ta’ nofs il-lejl fil-Knisja tan-Natività.

Il-Papa Franġisku ppresieda servizz simili fil-Vatikan, li sar aktar kmieni mis-soltu minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid

F’bajja fl-istat ta’ Odisha, ġewwa l-Indja, saret skultura kbira tar-ramel li tirraffigura lil Santa Klaws.

Dan il-pub f’Londra, il-Gran Brittanja, miksi bid-dwal u tiżjin bħal donnu kien qisu ġugarell kbir tal-Milied

Mohamed Maarouf ta’ 28 sena, waqt li liebes kostum ta’ Santa Klaws, qassam rigali tal-Milied lil tfal fqar li jgħixu fi kwartieri qrib iċ-ċentru tal-belt ta’ Basra fin-Nofsinhar tal-Iraq.

Raġel u mara lebsin ta’ Santa Klaws jippożaw mat-tfal fis-sala ta’ supermarket f’Abidjan ġewwa l-Afrika.
