Thursday, December 19, 2024

ARA: “Ieqfu tektku fuq il-mowbajl u sibu xi ħaġa iżjed utli x’tagħmlu b’ħajjitkom”

Martin Cooper, il-moħħ wara l-invenzjoni tal-mowbajl

Aqra wkoll

Martin Cooper, inġinier Amerikan li għandu 93 sena, u li kien il-moħħ wara l-invenzjoni tal-mowbajl, f’intervista li kellu mal-ġurnal Ingliż BBC ta l-parir lin-nies sabiex jieqfu jtektku fuq il-mowbajl u jsibu xi ħaġa iżjed utli x’jagħmlu b’ħajjithom.

Cooper kien dak l-individwu li dderieġa lit-tim ta’ Motorola sabiex fis-snin 70 tas-seklu 20 din il-kumpanija setgħet tiżviluppa l-ewwel mowbajl li qatt eżista. Fl-1973 huwa kien l-ewwel persuna fl-istorja li għamel l-ewwel telefonata minn fuq il-mowbajl f’post pubbliku.

Minkejja li Cooper huwa magħruf minn bosta bħala “missier l-invenzjoni tal-mowbajl”, huwa ammetta li ftit li xejn jużah il-mowbajl. Kien għalhekk li ma setax jemmen lil widnejh meta sema’ li hawn min jagħmel ħames sigħat jew iżjed juża l-mowbajl.

Ekonomija

Sport