Sunday, December 22, 2024

ARA: Ifeġġu l-ewwel immaġini tal-ħaddiema maqbudin taħt l-art fl-Indja

...Tkompli l-ħidma biex jiġu salvati

Aqra wkoll

Il-ħidma biex jiġu salvati ħaddiema li ilhom għaxart ijiem maqbudin f’mina taħt l-art fl-Indja mixja bil-mod minħabba s-sensittivita u delikatezza tas-sitwazzjoni. Madankollu, għall-ewwel darba minn mindu sfrundat il-mina, il-ħaddiema tas-salvatġġ irnexxielhom jagħmlu kuntatt viżiv mal-ħaddiema maqbudin.

Kamera sensittiva ġibdet filmati tal-41 ħaddiem maqbuda fil-mina fl-istat ta’ Uttarakhand fl-Indja. Il-filmat sar permezz ta’ kamera endoskopika li tpoġġiet f’pajp li ġie imtaqqab fil-mina nhar it-Tnejn. Il-ħaddiema tas-salvataġġ qed jużaw ukoll dan il-pajp biex minnu jgħaddu l-ikel lill-ħaddiema. 

Il-mina li kienet qed tinbena ċediet wara valanga fl-għodwa tat-12 ta’ Novembru fid-distrett ta’ Uttarkashi fl-istat tat-Tramuntana. Ftit wara li seħħ l-inċident bdew sforzi biex isir kuntatt mal-irġiel maqbuda fil-mina.

L-operazzjoni ta’ salvataġġ kompliet tavanza wara li l-uffiċjali tas-salvataġġ daħħlu kamera żgħira mwaħħla ma’ kejbil flessibbli fil-pajp u użawha biex jiffilmjaw lill-irġiel maqbuda.

Jidher li f’din l-operazzjoni delikata, l-uffiċjali tas-salvataġġ qed jużaw ukoll radjijiet bidirezzjonali biex jikkomunikaw mal-irġiel. Dan hu konfermat minn filmat li juri lil wieħed minnhom iżomm walkie-talkie f’idejh.

Fil-ħidma tas-salvataġġ kellu jitħaffer pajp ġdid u usa’ biex il-ħaddiema ikunu fornuti b’aktar ossiġnu, ikel u affarijiet essenzjali oħra bħal mediċini, mowbajls u chargers.

L-operazzjoni ta’ salvatġġ li issa daħlet fl-10 jum tagħha fil-proċess kollu kellha tiffaċċja diversi dewmien u ostakli primarjament minħabba ħamrija maħlula u terrapien li nieżel.

Il-pjan *issa huwa li titħaffer toqba wiesgħa biżżejjed biex takkomoda pajp ta ‘900mm, sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jitkaxkru minn ġo fih biex joħorġu mill-mina.

Madankollu, nhar it-Tnejn li għadda, l-uffiċjali qalu li kienu qed jippruvaw iħaffru żewġ mini oħra mal-ġenb tal-mina li ċediet bħala rotot ta ‘salvataġġ addizzjonali.

Ekonomija

Sport