Wednesday, April 24, 2024

Il-Gvern ottimist li juża l-Fondi Ewropej kollha

Aqra wkoll

“B’fiduċja ngħid li qegħdin fit-triq it-tajba biex dan il-Gvern għal darba oħra jkun uża l-fondi Ewropej kollha li kien hemm disponibbli għalih. Fondi li ġabu bidla pożittiva f’kull settur tas-soċjetà tagħna.” Qal dan is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett waqt li fil-Parlament kienu qed jiġu diskussi l-estimi finanzjarji tal-Budget 2024 għall-Ministeru tal-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet.
Is-Segretarju Parlamentari Bonett spjega kif ix-xahar id-dieħel se jagħlaq il-programm ta’ seba’ snin mill-budget tal-Unjoni Ewropea għas-snin 2014-2020. Qal li issa huwa l-mument tal-verità fil-fondi Ewropej għaliex sal-aħħar tas-sena rridu nkunu assorbejna l-fondi kollha disponibbli għalina fil-programmi operattivi taħt l-aħħar budget Ewropew.

Sport