Friday, May 3, 2024

Sena rekord fl-industrija tal-films … 37 produzzjoni f’pajjiżna

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

78% tal-crews li jaħdmu fil-films huma Maltin. Għall-industrija tal-films, l-2023 se terġa’ tkun waħda rekord. Iddikjara dan il-Ministru tat-Turiżmu waqt diskors parlamentari b’rabta mal-budget allokat għall-Ministeru tiegħu għas-sena 2024.

“37 produzzjoni f’pajjiżna, b’1,400 jaħdmu fil-films. Rekord. Is-suq Amerikan u Ingliż jibqa’ suq primarju għal Malta. Produzzjonijiet oħra kienu mill-Italja, il-Kanada, l-Indja, il-Ġermanja, l-Awstrija, ir-Rumanija, il-Belġju, il-Finlandja, l-Iżrael u Franza,” qal il-Ministru għat-Turiżmu. 

Huwa tkellem ukoll dwar l-indafa u l-manutenzjoni fejn qal li minn Jannar sa Settembru 2023, inġabru madwar 17,000 tunnellata ta’ skart, li jindika li se jkun rekord f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġbir tal-iskart. 

F’dan il-perjodu, id-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni rċeviet mas-16,347 ilment, li minnhom ġew solvuti 95.11% li jikkonċernaw xogħol tal-Gvern Ċentrali kif ukoll tal-Kunsilli Lokali filwaqt li 4.89% l-oħra kienu jaqgħu taħt il-privat jew entitajiet oħrajn. 

Sport