Sunday, November 3, 2024

ARA: Il-goaler ta’ Aston Villa attakkat mill-partitarji wara l-logħba kontra Man. City

Aqra wkoll

Filmat li beda jinxtered tard il-Ħadd filgħaxija kien dak tal-goaler ta’ Aston Villa jiġi attakkat mill-partitarji fi tmiem il-partita kontra Manchester City.

Roben Olsen spiċċa jerfa’ l-ħtija kollha wara li Manchester City dawru telfa ta’ 2-0 għal rebħa ta’ 3-2 fl-aħħar kwarta tal-partita.

Il-ġurnalisti li kkummentaw wara din ix-xena qalu li għalkemm jifhmu li jkollok partitarji li jinvadu l-grawnd fl-aħħar logħba tal-istaġun, mhix aċċettabbli li plejers jisfaw fil-mira ta’ attakki. Qalu li hija xi ħaġa diżgustanti ferm li r-rispett qiegħed ikompli jonqos.

Sport