Saturday, May 18, 2024

Milan champions Taljani

Aqra wkoll

Milan rebħu l-Kampjonat Taljan meta marru għand Sassuolo u reb­ħulhom bl-iskor ta’ 3-0 biex dan kien id-19-il Scudetto fl-istorja tal-club. 

Sassuolo v Milan – Kif kien mistenni, Milan ak­kwistaw ir-rebħa li kellhom bżonn biex rebħu l-kampjonat minkejja li kienu nvoluti f’partita delikata. 

Riżultat ta’ draw għar- Rossoneri kien ikun biżżej­jed ukoll minħabba l-fatt li minkejja li kienu jintlaħqu minn Inter, il-konfronti diretti kienu favur Milan (2-1 u 1-1). 

Intant, il-Milanisti aċċertaw mir-rebħa fl-ewwel taqsima meta daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ 3-0 bil-protagonista jkun Oli­vier Giroud (17, 32) li skorja doppjetta bil-goal l-ieħor jasal minn Franck Kessie (36) li għalih din kienet l-aħħar logħba ma’ Milan qabel jingħaqad ma’ Barcelona.   

Inter v Sampdoria – Inter għelbu lil Sampdoria bl-iskor ta’ 3-0 li ma swiet għal xejn hekk kif spiċċaw fit-tieni post.

Il-goals tan-Nerazzurri was­lu minn Ivan Perisic (49) u doppjetta ta’ Joaquin Correa (55, 57).  

Spezia v Napoli – Napoli temmew fuq nota pożittiva meta marru għand Spezia u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0. 

L-iskorers tagħhom kie­nu Matteo Politano (4),      Piotr Zielinski (25) u Diego Demme (36). 

Wara l-partita l-coach, Luciano Spal­letti, ikkundanna l-aġir tal-ultras Naplitani minħabba l-inċidenti li kel­lhom kontra l-partitarji ta’ Spezia.

Barra minn hekk ta indikazzjoni li d-difensur Kalidou Koulibaly jista’ jħalli lil-club. 

Genoa v Bologna – Ge­noa laqgħu lil Bologna u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 1-0. Prattikament din il-partita kienet biss formalitá minħabba li Genoa kienu diġá tilfu posthom fl-ogħla diviżjoni wara 15-il sena. 

L-uniku goal tal-logħba wasal minn Musa Barrow (66). 

Atalanta v Empoli – Atalanta komplew jinkurunaw staġun mill-aktar diżappun­tanti meta f’darhom sfaw megħluba minn Empoli bl-iskor ta’ 1-0 biex fallew milli staġun ieħor jikkompetu f’kompetizzjoni Ewropea. 

Il-goal ta’ Empoli ġie skor­jat minn Leo Stulac (79) biex b’hekk il-Bergamaschi temmew fit-tmien post. 

Fiorentina v Juventus – Fiorentina kkwalifikaw fil-UEFA Conference League meta fl-aħħar logħba tal-kampjonat Taljan għelbu lil Juventus bl-iskor ta’ 2-0, b’dawn tal-aħħar ikunu diġá aċċertati mir-raba’ post li jfisser kwalifikaz­zjoni għall-UEFA Cham­pions League. 

Il-goals tal-Viola waslu minn Alfred Duncan (45) u Nicolas Gonzales (92 pen). 

Lazio v Verona – F’partita pjaċevoli, Lazio u Verona qasmu sitt goals. 

L-iskorers ta’ Verona kie­nu Giovanni Simeone (6), Kevin Lasagna (14) u Martin Hongla (76) filwaqt li Jovane Cabral (16), Felipe Anderson (29) u Pedro (62) għamlu rimonta u tefgħu lil Lazio fil-vantaġġ b’mod temporanju. 

Sport