Friday, May 10, 2024

ARA: Il-pariri tal-Professur Gauci ftit sigħat qabel il-pajjiż jieqaf minn stat ta’ emerġenza

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Filmat: ALAN SALIBA

YouTube video

L-aħħar ta’ Ġunju jfisser li l-pajjiż jieqaf minn stat ta’ emerġenza. Mistoqsija dwar il-parir tagħha għal dawk li għadhom imbeżżgħin, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine gauci qalet li matul dawn l-aħħar ġimgħat kellna sitwazzjoni stabbli.

Bdiet it-transizzjoni tar-rilaxx tal-miżuri u s-sitwazzjoni baqgħet stabbli. Fl-ewwel ta’ Lulju se jibda t-turiżmu u b’hekk Gauci enfasizzat fuq il-mezzi ta’ mitigazzjoni biex nevitaw it-trasmissjoni. Hija fakkrett mill-ġdid biex dawk li jħossu xi sintomi jikkuntatjaw l-awtoritajiet biex jevitaw li jkomplu jifirxu l-virus.

Rigward dawk li se jiġu minn barra ux se jsirilhom xi test jew iġibu magħhom xi ċertifikat li huma safja mill-virus, Gauci qalet li meta persuna tagħmel it-test se tkun qiegħda tara għandhiex il-virus dak il-ħin. Iġfieri jekk il-virus ikun għadu qed jimmultiplika fil-ġisem jew il-persuna tiġi f’kuntatt miegħu fi triqitha lejn destinazzjoni partikolari ċ-ċertifikat ma jkunx validu u għalhekk huwa aħjar li nibbażaw fuq il-mezzi ta’ mitigazzjoni biex nipprevenu mill-istess virus.

Sport