Friday, November 15, 2024

ARA: Il-Pulizija tarresta tliet persuni f’Bormla

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

YouTube video

Operazzjoni konġunta bejn diversi taqsimiet tal-Pulizija b’rabta ma’ allegat attivitajiet illegali wasslet għall-arrest ta’ tliet persuni. L-operazzjoni saret nhar it-Tlieta 13 ta’ Ottubru, 2020 fl-inħawi magħrufa bħala Fuq Verdala, f’Bormla. 

L-operazzjoni bdiet fl-4:00 a.m u tmexxiet mill-Iskwadra tar-Reati Maġġuri, bis-sehem tal-Pulizija tas-Special Intervention Unit, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u mit-Taqsima tal-Klieb. 

Wara jiem ta’ osservazzjoni, il-pulizija ċċirkondaw tliet postijiet separati. Waqt tfittxijiet li saru nstab ammont ta’ droga, apparat elettroniku li jaqbad il-frekwenzi tal-pulizija u oġġetti oħra suspettużi li allegatament jindikaw attivitajiet illegali. 

Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali assistew ukoll f’din l-operazzjoni minħabba li f’post minnhom instabu sebat iklieb perikolużi. 

L-Assistent Kummisarju Sandro Gatt, li jmexxi l-Iskwadra tar-Reati Maġġuri qal li “permezz ta’ din l-operazzjoni ntwera’ biċ-ċar kemm diversi taqsimiet fi ħdan il-Korp tal-Pulizija jaħdmu id f’id u b’suċċess sabiex niġġieldu kull forma ta’ kriminalità.” 

It-tliet persuni arrestati ttieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet. 

Ekonomija

Sport