Friday, December 13, 2024

ARA: “Irridu ntejbu l-futur u l-kwalità tal-ħajja”

Il-President tal-GWU, Victor Carachi, waqt il-konferenza internazzjonali b'rabta mat-80 anniversarju mit-twaqqif tal-GWU

Aqra wkoll

Propju għada, il-5 t’Ottubru, il-General Workers’ Union (GWU) se tkun qed tiċċelebra t-80 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Sabiex ikun imfakkar dan l-avveniment tant importanti fl-istorja tal-ħaddiem, qed tittella’ konferenza internazzjonali fil-bini tal-GWU li hija mifruxa fuq jumejn.

Kien il-President tal-GWU, Victor Carachi, li fetaħ l-ewwel sessjoni ta’ din il-konferenza b’diskors ta’ merħba fejn qabelxejn iddedika minuta ta’ silenzju għal dawk il-ħaddiema li llum m’għadhomx ħajjin.

Fost il-punti li indirizza, huwa tkellem dwar il-mudell ekonomiku u l-pjan strateġiku sabiex il-Maltin u l-Għawdxin ikollhom l-aqwa livell ta’ għajxien possibbli. Semma wkoll it-tnaqqis fil-qgħad u l-importanza tal-ħaddiema barranin f’ċertu setturi speċjalment fis-settur tas-saħħa u tal-ikel.

“Irridu ntejbu l-futur … intejbu l-kwalità tal-ħajja, tal-kundizzjonijiet fuq il-postijiet tax-xogħol. Jekk tassew irridu ntejbu l-istandards u nimxu ‘l quddiem, ma taħsbux li għandna bżonn li kull ħaddiem ikun membru fi trejdunjin?” Din tal-aħħar hija wkoll proposta li qed tressaq ‘il quddiem il-GWU. Huwa enfasizza wkoll li meta nitkellmu barra minn xtutna, irridu niddefendu l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin.

Ekonomija

Sport