Thursday, March 28, 2024

ARA: Is-sajf ta’ San Martin ikkaratterizzat minn maltempata b’xita qawwija

Aqra wkoll

Fil-festa ta’ San Martin li qed niċċelebraw illum, fejn ifakkarna s-sajf ta’ dan l-istess qaddis, mas-sebħ dalgħodu bdejna l-ġurnata b’maltempata kbira bil-beraq, ragħad u b’xita qawwija, kif jindikaw dawn ir-ritratti li ħa l-fotografu tagħna minn Għawdex Joe Grech. 

Jistqar li ma kienx hemm bżonn imur ‘il bogħod biex jara u jieħu spettaklu tal-ilma.

Grech qal li mill-bitħa ta’ wara d-dar kien hemm kampanja naturali b’għadira kbira ta’ ilma u bosta tjur iduru madwarha.

Ftit passi ‘l bogħod kien hemm spettaklu ieħor differenti ta’ ilma mill-vetturi li jgħaddu minn toroq prinċipali fosthom it-triq tax-Xagħra u t-triq ta’ Xħajma.

Jingħad li wara l-maltemp jiġi l-bnazzi. Jekk ikun hekk veru jkun is-sajf ta’ San Martin. 

Ara iktar: Għawdex b’medja ta’ 90mm xita – niżel l-ammont kollu li s-soltu jitkejjel f’xahar sħiħ

Ekonomija

Sport