Friday, April 19, 2024

Brendan Rodgers se jieħu post Ole Gunnar Solskjaer?

Aqra wkoll

Il-bord ta’ Manchester United jinsabu fiduċjużi li se jkunu jistgħu jħajru lill-coach ta’ Leicester City, Brendan Rodgers, biex jieħu post Ole Gunnar Solskjaer jekk jitkeċċa mill-kariga tiegħu fil-jiem li ġejjin. 

Ir-Red Devils kellhom bidu diffiċli fil-kampjonat u diġà jinsabu disa’ punti ‘l bogħod mil-leaders Chelsea wara li tilfu erbgħa mill-ewwel 11-il logħba tal-istaġun.

Il-pressjoni qed tiżdied fuq Solskjaer għalkemm għalissa l-ġerarkija tal-klabb għadha tappoġġja lill-kowċ Norveġiż biex idawwar il-fortuni tat-team.

Iżda l-United għandhom diversi logħbiet delikati wara l-waqfa internazzjonali, fosthom Villarreal u Chelsea barra minn darhom kif ukoll jilqgħu lil Arsenal fil-bidu ta’ Diċembru.

Peró fl-istess waqt jekk Rodgers jaċċetta din il-kariga huwa jkun kiser wegħda li kien għamel mal-partitarji ta’ Liverpool meta kien immexxihom bejn l-2014 u l-2017. 

Huwa kien saħaq li ladarba kien daħal fl-istorja tal-klabb tar-Reds… bl-ebda mod li xi darba se jkollu x’jaqsam fit-tmexxija tat-team ta’ Manchester United. 

Nistennew u naraw!!

Sport