Friday, July 26, 2024

ARA: Is-sena l-oħra ġew imsewwija aktar minn 3,000 qattus u qattusa

Aqra wkoll

Is-sena l-oħra ġew imsewwija aktar minn 3,000 qattus u qattusa. Hekk stqarret is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said f’messaġġ li tellgħet fuq il-midja soċjali.

Qalet li dan kollu wassal biex jiġu kkontrollati l-frieħ tal-qtates u anke naqset sew il-pressjoni fuq dawk il-persuni li ta’ kuljum joħorġu fit-toroq biex jgħalfu u jieħdu ħsieb il-qtates tat-triq.

Is-Segretarju Parlamentari appellat biex din il-kampanja matul din is-sena tibqa’ għaddejja b’ritmu tajjeb. Qalet li l-Gvern se jkompli jinvesti f’dan kollu biex fost l-oħrajn f’pajjiżna jkollna ambjent aktar tajjeb u sabiħ għal annimali.

Ekonomija

Sport