Wednesday, July 24, 2024

13-il persuna jmutu wara nirien f’dormitorju fi skola fiċ-Ċina

Aqra wkoll

Mill-inqas 13-il persuna spiċċaw mejtin wara li żviluppaw nirien f’dormitorju fiċ-ċentru taċ-Ċina. Din l-aħbar ingħatat mill-aġenzija tal-aħbarijiet Ċiniża Xinhua fejn qalet li l-awtoritajiet bdew investigazjoni.

Kien ilbieraħ filgħaxija meta għal xi raġuni dan id-dormitorju spiċċa ħuġġieġa nar. Il-każ seħħ fil-villaġġ ta’ Yanshanpu fil-provinċja ta’ Henan.

Huma tfal tal-primarja u iżgħar li jattendu din l-iskola, iżda jidher li fil-ħin tal-inċident ma kienx hemm tfal.

S’issa l-awotirtajiet Ċiniżi ma ħarġux l-identitajiet tal-vittmi. Skont rapport fil-midja internazzjonali l-ħaddiema tat-tifi tan-nar damu sigħat jipprovaw jikkontrollaw in-nirien.

Ekonomija

Sport