Wednesday, July 24, 2024

Ġurnata ma’ tal-films għada l-Ħadd

Aqra wkoll

Għada d-dilettanti tal-films se jkunu jistgħu jgawdu ġurnata fuq is-set ta’ Gladiator 2 f’Forti Ricasoli. Barra minn hekk, dawk preżenti se jkunu jistgħu jaraw it-tankijiet tal-ilma joperaw fil-Malta Film Studios. L-avveniment ferm mistenni qed ikun organizzat mill-Malta Film Commission/Screen Malta.

L-iffilmjar tal-produzzjoni tant mistennija ta’ Ridley Scott ilu għaddej f’Malta għal diversi xhur iżda ġie interrott minn strajk tal-atturi. Il-film mistenni jasal fis-swali taċ-ċinema fl-aħħar ta’ din is-sena.

Il-viżitaturi se jiġu milqugħa fil-Forti Ricasoli, il-post ewlieni tal-filming, fil-21 ta’ Jannar bejn it-8.00 a.m. u l-5.00 p.m..

Is-sett tal-films jinkludi riproduzzjoni tal-Kolossew u bini emblematiku ieħor tal-Imperu Ruman.

Il-bini ta’ sett ieħor tal-films, f’partijiet tal-kampanja ‘l barra mill-Miżieb, beda fil-ġimgħat li għaddew.

Gladiator 2 isegwi l-film oriġinali tal-Gladiator, li ħareġ 24 sena ilu, u li fih jispikka Russell Crowe bħala Maximus bħala attur prinċipali, leima attur rajnih diversi drabi fi gżiritna f’dawn l-aħħar sentejn. Huwa jinterpreta r-rwol ta’ eks ġenerali mġiegħel isir gladjatur taħt il-ħakma tal-imperatur Ruman Commodus li ħatar lilu nnifsu f’dan ir-rwol, interpretat minn Joaquin Phoenix.

Ekonomija

Sport