Monday, May 13, 2024

Jammetti li ħebb għal raġel u seraqlu l-mobile fil-Marsa

Aqra wkoll

Somalu ta’ 29 sena kien ikkundannat tliet snin u nofs ħabs u mmultat €4,500 wara li ammetta li ħebb għal raġel u seraqlu l-mobile. F’din l-aggressjoni, il-vittma ġarrab ġrieħi ħfief.

Il-każ seħħ fl-4 ta’ Jannar li għadda, għall-ħabta tad-9.30 p.m. fi Triq Diċembru 13.

Hamza Mohamud Ibrahim wieġeb ħati wkoll li ħebb għal żewġ Kuntistabbli tal-Pulizija u li kellu d-droga sintetika fil-pussess tiegħu.

Fil-Qorti, Ibrahim stqarr li ilu diversi snin ibati mill-vizzju tad-droga. Kien għalhekk minbarra l-piena ta’ ħabs tpoġġa wkoll taħt ordna ta’ trattament biex jindirizza d-dipendenza fuq id-droga inkluż dik sintetika.

Sport