Tuesday, December 24, 2024

ARA: It-Turkija tintlaqat minn terremot ieħor f’inqas minn 12-il siegħa

Aqra wkoll

F’inqas minn 12-il siegħa, it-Turkija ntlaqtet minn żewġ terremoti qawwijin, hekk kif għall-ħabta tal-10:30 a.m., propju sitt sigħat u nofs wara l-ewwel terremot, inħass terremot ieħor, din id-darba b’qawwa ta’ 7.6 fuq l-Iskala Richter.

Fl-ewwel wieħed, li seħħ għall-ħabta tal-4.00 a.m. u li mmarka qawwa ta’ 7.8 fuq l-Iskala Richter, inqatlu iktar minn 1,400 persuna.

Skont il-USGS (L-Istħarriġ Ġeoloġiku tal-Istati Uniti), l-epiċentru tat-tieni terremot huwa ftit mili biss ‘il bogħod minn Ekinözü — belt li tifforma parti mir-reġjun tal-Mediterran. It-terremot inħass ukoll fil-belt t’Aleppo u fiż-żoni tal-madwar.

Membri tas-salvataġġ jinsabu fl-inħawi sabiex jassistu f’din l-operazzjoni hekk kif mijiet ta’ binjiet spiċċaw imwaqqgħin jew ġarrbu ħsarat kbar.

Uffiċjal tal-lokal, Orhan Tatar, ikkonferma li ż-żewġ terremoti mhumiex relatati ma’ xulxin. Huwa kompla jgħid li minn wara l-ewwel terremot ta’ dalgħodu, ġew irreġistrati iktar minn 100 theżżiża — li nħassew fuq skala iżgħar mit-terremoti — u li huma mistennija jkomplu mal-jum tal-lum.

Ekonomija

Sport