Il-kantant ta’ fama internazzjonali Jason Derulo spiċċa b’filmat tiegħu fuq il-midja soċjali wara li kellu argument ma’ żewġ persuni f’Las Vegas club. Dan wara li wieħed minn dawn iż-żewġ persuni sejjaħlu bħala, “Usher” artist ieħor rinomat.
Skont is-sit TMZ, Derulo laqat minn tal-anqas wieħed mill-irġiel wara li xi ħadd kellmu ħażin u sejjaħlu b’isem ieħor.
Il-Pulizija kienu msejħin jintervjenu fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu wara l-argument bejn dawn il-persuni iżda kkonfermaw li l-istilla ta’ TikTok ma kienx arrestat u l-anqas rċieva xi forma ta’ sanzjoni wara li attakka lil dawn iż-żewġ persuni.
Derulo ta’ 32 sena, ġie ordnat iħalli l-lukanda b’mod immedjat iżda l-Pulizija kkonfermaw li minħabba li l-irġiel l-oħrajn ma nsistewx li jieħdu passi legali kontrih ma sar l-ebda rapport b’rabta ma’ dan il-każ.
— v (@ViralFinds) January 4, 2022