Saturday, December 21, 2024

ARA: Joseph Muscat bi stqarrija wara li ġie mitkellem mill-Pulizija… jikkonferma li mhux qed jiġi investigat

Aqra wkoll

YouTube video

Ritratt: ROGER AZZOPARDI

Aktar Kmieni: L-eks-Prim Ministru Joseph Muscat mistenni jmur id-depot illum wara nofsinhar.

inewsmalta tinsab informata li Muscat intalab biex imur id-depot u hu għażel li jmur minn jeddu. Madankollu, jidher li hu mhux qed jiġi investigat.

Ta’ min jgħid li l-allegazzjonijiet ta’ Yorgen Fenech saru biss wara li ma ngħatax il-maħfra. Ta’ min ifakkar ukoll li Joseph Muscat kien informat li jekk ma jagħtix il-maħfra kienu se jattakkaw lilu personalment.

Aġġornat: L-eks-Prim Ministru Joseph Muscat kien imsejjaħ fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex jikkjarifika kummenti li għadda n-negozjant Yorgen Fenech li jinsab mixli b’assoċjazzjoni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fenech kien qal lill-Pulizija li Muscat kien staqsieh jekk iċ-Chief-of-Staff tiegħu Keith Schembri kienx jissemma fir-‘recordings’ ta’ Melvin Theuma imma l-eks-Mexxej Laburista ċaħad dan.

Hu u ħiereġ mid-Depot, Muscat waqaf biex jindirizza lill-ġurnalisti fejn ikkonferma r-raġuni għala kien imsejjaħ u rrimarka li l-pulizija ddikjaraw li ma kienx qed jiġi investigat dwar l-imsemmi delitt.

Muscat sostna li ma kienx fil-libertà li jiddiskuti l-mistoqsijiet li sarulu għalkemm iddikjara li l-mistoqsijiet kienu dwar stqarrija fil-pubbliku li t-tweġibiet tiegħu wkoll tahom fil-pubbliku.

L-eks-Prim Ministru, li waqt li kienu qed isirulu l-mistoqsijiet kellu miegħu lill-Avukat Pawlu Lia, iddikjara wkoll li jibqa’ dispost li jwieġeb il-mistoqsijiet li sarulu kif għamel diġà.

Ekonomija

Sport