Thursday, March 28, 2024

Malta fost l-ewwel pajjiżi li se jingħataw fondi mill-UE biex jitnaqqsu r-riski tal-Qgħad f’Emerġenza

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji qal li Malta hi fost l-ewwel pajjiżi li se jiġu allokati fondi, li jammontaw għal €243.6 miljun, f’self mogħti mill-Unjoni Ewropea bħala parti mid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-Istrument Ewropew għall-Appoġġ Temporanju biex jitnaqqsu r-risji tal-Qgħad f’Emergenza (SURE).

Il-Gvern qed jgħin l-impjiegi u l-intrapriżi matul il-pandemija permezz ta’ diversi skemi u SURE hu maħsub biex itaffi l-pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi li ġiet miż-żieda fin-nefqa pubblika meħtieġa bħala reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19.

SURE hu strument li jipprovdi assistenza finanzjarja lill-Istati Membri Ewropej sa €100 biljun fil-forma ta’ self mill-UE. Inħoloq biex jiġġieled il-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali negattivi tat-tifqigħa tal-COVID-19. Hu sors ta’ assistenza finanzjarja mmirata speċifikament għall-politiki relatati mal-preservazzjoni tal-impjiegi, prinċipalment skemi ta’ xogħol għal żmien qasir u miżuri relatati.

Il-Ministru tal-Finanzi u Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna jinnota dan l-iżvilupp b’sodisfazzjon, hekk kif Malta appoġġjat l-istrument SURE matul l-istadji kollha tad-diskussjoni. Strument bħal dan iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea, permezz tas-self mis-swieq finanzjarji hu l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu. Malta tilqa’ l-koperazzjoni addizzjonali u f’waqtha li wasslet għal din l-azzjoni.

Ekonomija

Sport