Saturday, December 21, 2024

Ara liema huma l-pajjiżi fil-lista oranġjo

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Gvern ippubblika l-pajjiżi li jinsabu fil-lista oranġjo, li jfisser li dawk li jaslu f’Malta minn dawn il-pajjiżi jridu jippreżentaw ċertifikat ta’ riżultat negattiv ta’ COVID-19. Kull vjaġġatur li jiġi minn xi pajjiż elenkat fil-lista riveduta ta’ pajjiżi indikata hawn taħt għandu jipprovdi PCR COVID-19 test negattiv magħmul mhux aktar minn 72 siegħa qabel il-wasla tiegħu f’Malta.

Vjaġġaturi ġejjin f’Malta minn xi wieħed fost dawn il-pajjiżi li jonqsu milli jipproduċu dan it-test, jistgħu jkunu sottomessi għall-ittestjar f’Malta u jistgħu jkunu soġġetti għall-kwarantina.

Il-pajjiżi fil-lista riveduta huma: 

Rumanija; Repubblika Ċeka; Spanja – Barċellona, Girona, Madrid u t-Tuneżija.

Dan l-avviż dwar il-lista riveduta ta’ pajjiżi ser jidħol fis-seħħ min-nhar il-Ġimgha, 4 ta’ Settembru, f’nofsilejl.

Ekonomija

Sport