Tuesday, November 12, 2024

ARA: “Ma stajtx noħroġ mill-kamra… l-infermiera kienu miegħi u għamluli ħafna kuraġġ”

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-ħaddiema fil-qasam tas-Saħħa huma dejjem hemm għall-pazjenti, inkluż fi żmien il-festi. Il-ħidma tagħhom tista’ tgħid li hija waħda kontinwa fejn jagħmlu minn kollox biex jgħinu lill-pazjent, bit-tama biex mhux biss jagħtuhom l-aqwa kura iżda wkoll biex inisslulhom ftit kuraġġ u tbissima.

Fost l-oħrajn il-ħidma tagħhom ġiet apprezzata minn tfajjel bl-isem ta’ Sean Borg li f’Marzu li għadda kellu aċċident fejn waqa’ mill-iskateboard minn rampa. Konsegwenza ta’ hekk huwa qal li l-galletta telgħetlu fuq il-koxxa u għalhekk kellu jagħmel operazzjoni. Wara l-operazzjoni huwa għamel seba’ ġimgħat l-isptar fejn hawnhekk iltaqa’ ma’ infermiera li tassew kienu hemm għalih.

Huwa qal: “Sakemm kont hawnhekk vera ħadu ħsiebi l-infermiera u t-tobba. Nilgħabu, nisparaw l-ilma lil xulxin u niċċajtaw flimkien.”

Huwa temm il-messaġġ tiegħu bi kliem ta’ ringrazzjament għax għalih dawn kienu tassew ta’ sostenn peress li baqgħu miegħu l-ħin kollu.

“Minħabba din il-pandemija tal-Covid-19 ma stajtx noħroġ mill-kamra u ma stajtx nagħmel ħbieb ġodda… l-infermiera kienu miegħu l-ħin kollu u għamluli ħafna kuraġġ.”

Ekonomija

Sport