Friday, November 22, 2024

ARA: “Ma stennejtx dan l-unur għax dejjem għext ħajti ta’ Glen”

Il-kantant Glen Vella jitkellem dwar l-avvenimenti tal-Euro Pride

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Bħalissa f’pajjiżna tinsab għaddejja l-EuroPride, għaxart ijiem ta’ ċelebrazzjonijiet, iżda li fuq kollox ifakkru l-kisbiet ta’ pajjiżna fil-qasam tad-drittijiet ċivili. 

B’rabta ma’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet din il-ġimgħa personalitajiet Maltin u barranin minn diversi setturi ġew onorati bl-MVINTAGE Pride Award għall-kontribut eċċezzjonali tagħhom għall-avvanz fejn jidħol ir-rispett u l-ugwaljanza għall-komunità LGBTIQ+ f’Malta u fix-xena internazzjonali. F’dan l-avveniment, il-kantant Glen Vella rebaħ il-premju pubbliku mhux biss għall-karriera professjonali tiegħu iżda wkoll għall-mod kif ħaddan b’mod konsistenti l-identità tiegħu.

Meta mistoqsi dwar x’kienet ir-reazzjoni tiegħu bħala kantant u bħala individwu hekk kif ingħata dan l-award minn dan il-ġurnal, Vella qalilna li “L-ewwel reazzjoni li kelli kienet li ma stennejthiex. Tipo’ jien ħajti ngħixha u għadni sa issa ngħixha ta’ Glen bħala individwu, allura ma stennejtx illi ħa niġi nominat għal dan l-award, aħseb u ara kemm nirbħu. Ovvjament ninsab onorat immens”. 

Minkejja li dawn huma avvenimenti importanti għall-komunità LGBTIQ+, ma għandhomx għalfejn jiġu avvenimenti bħal dawn biex naċċettaw id-drittijiet u l-valuri li dawn in-nies iħaddnu. 

Kompla biex jgħid il-kantant ma’ talk.mt, fejn irrimarka li l-komunità LGBTIQ+ għandna nirrispettawha u nifhmu l-bżonn li ngħixu f’komunità waħda s-sena kollha u mhux f’dan il-perjodu biss.  

B’referenza għall barax ta’ kummenti fuq il-midja soċjali, huwa qal bħala individwu jemmen li għandu jkun hemm xi ġranet partikolari fis-sena fejn il-midja u l-edukazzjoni tkompli tikber fuq livelli aħjar biex verament inkunu nistgħu mmorru lejn livelli oħra fejn tidħol id-diversità.

Fuq il-EuroPride nnifisha, il-kantant qal li jaqbel ħafna magħha u li bħalma f’pajjiżna niċċelebraw jum l-omm u jum il-missier, għandnu jkun hemm ġranet iddedikati lil komunità LGBTIQ+, fejn wieħed jagħti iktar każ din il-komunità biex kulma jmur tkompli tiżdied l-aċċettazzjoni ta’ dawn in-nies. Enfasizza li pajjiżna jinsab l-ewwel fejn jidħlu l-liġijiet tal-LGBTIQ+ iżda jemmen li għad fadal xi jsir. Żied jgħid li grazzi għal pride qed ikun hemm jiem ta’ edukazzjoni kontinwa li tista’ tgħinna ngħixu f’komunità b’inqas barrieri bejnietna minn dawk l-aktar ċkejknin sal-ikbar fostna.

YouTube video

Sport