Sunday, December 22, 2024

ARA: “Mal-kelma kanċer tħoss ħajtek se tispiċċa … għinuni ngħin lil ħaddieħor”

Aqra wkoll

Tfajla ta’ 25 sena min-Naxxar iddeċidiet li toħroġ mill-qoxra tas-sitwazzjoni li ma kinitx faċli biex taqsam mal-pubbliku bil-għan li tgħin biex jinġabru flus għall-Istrina.

Cheyenne Muscat tispjega li meta tisma’ li għandek kanċer tħoss li ħajtek tkun qed tispiċċa. Tkellmet dwar meta s-sena li għaddiet ngħatat l-aħbar li kellha kanċer fit-Thyroid.

Tkellmet dwar it-trattament u li wara xi testijiet oħrajn li kompliet tagħmel irriżulta li dan infirex f’għonqha u anke fil-pulmun. Spjegat li l-ħolma ta’ min ikun għaddej jiġġieled kontra din il-marda tkun li jingħata l-aħbar li huwa ħieles mill-kanċer.

Din is-sena qiegħda toħloq ġabra bl-isem ‘elementi għall-Istrina’ b’ringrazzjament lill-Malta Community Chest Fund għall-għajnuna tagħhom. It-tfajla qiegħda tappella lill-pubbliku biex ikun ġeneruż biex dakinhar tal-Istrina tkun tista’ tmur tippreżenta sabiħa li tkompli tgħin biex pazjenti bħala jsibu t-tama li jkomplu jgħixu ħajja normali. 

Donazzjonijiet jistgħu jsiru jew b’Revolut jew BOV pay fuq in-numru +35699837246.

Ekonomija

Sport