Wednesday, April 24, 2024

Jim Ratcliffe jrid jixtri lil Manchester United

Aqra wkoll

L-aktar raġel sinjur, fir-Renju United, Jim Ratcliffe huwa rrappurtat li jinsab lest li ‘jagħmel offerta biex jixtri l-club ta’ Manchester United dalwaqt’ u mhux se ‘jħalli l-opportunità taqta’.

Is-sid tal-club Franċiż, Nice, kien imsemmi li seta’ jixtri lill-club ta’ Liverpool iżda eventwalment huwa kien ħabbar li ma kienx interessat li jidħol għalih.

Peró rapporti qed isostnu li n-negozjant ta’ 70 sena jinsab interessat li jrid jixtri l-club li ilu jappoġġa ħajtu kollha. Barra minn hekk iħoss li l-United huwa l-aktar club kummerċjabbli fid-dinja. 

Madankollu, Ratcliffe se jkollu quddiem sfida kbira minħabba li s-sidien attwali, il-Glazers qed jitolbu £8.5 biljuni.  Minkejja li reaslistikament dan il-prezz huwa immensament għali, Ratcliffe baqa’ jinsisti li jrid jixtri l-club. 

Sport