Friday, December 20, 2024

ARA: “Malli jgħaddi l-virus noħorġu niċċelebraw” – Il-Kap tal-PN Bernard Grech

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech irid li meta tgħaddi l-pandemija l-poplu Malti u Għawdxi joħroġ jiċċelebra fit-toroq f’atmosfera tipika tal-festa.

Fil-messaġġ tiegħu tal-Ewwel tas-Sena, Grech sostna li s-sena d-dieħla għandha tkun waħda ta’ rinaxximent għad-dinja u għal pajjiżna fejn noħorġu rebbieħa fuq il-virus.

Huwa sostna li malli tgħaddi l-pandemija għandna “noħorġu bil-baned tagħna, bit-tiżjin fit-toroq, bil-bnadar u l-festuni fuq il-bjut, bil-ħoss tal-murtali, bid-daqq ferrieħi tal-qniepen tal-knejjes, ninżgħu l-maskri, nerġgħu nieħdu b’idejn xulxin u nitgħannqu”.

Fl-istess waqt Grech saħaq li minn din il-pandemija għandha nieħdu tagħlimiet kbar fosthom li jkollna infrastruttura aħjar biex l-istudenti ma jsibux problema jitgħallmu mid-dar.

Huwa appella biex tidħol liġi ħalli n-nies ikunu jistgħu jaħdmu mid-dar, insista li fid-djar tal-anzjani għandu jkun hemm ‘standards’ għolja u saħaq li l-ekonomija trid tkun diversifikata ħalli tilqa’ għal sfida bħal din.

Fl-istess waqt li sostna li żmien it-tama jinsab fil-qrib b’dan il-vaċċin, il-Kap tal-Oppożizzjoni appella lin-nies jibqgħu viġilanti.

Ekonomija

Sport