Monday, April 29, 2024

Rinovazzjoni f’residenza li tgħin nies bil-vizzju tad-droga

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) irranġat ir-residenza msejjħa Kommunità Santa Marija li tilqa’ fiha persuni bil-vizzju tad-droga.

Ir-residenza tinsab f’Ħal Farruġ, limiti ta’ Ħal Luqa, u tipprovdi programm ta’ rijabilitazzjoni lil madwar 30 persuna.

Il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon żar il-post fejn ra x-xogħol ta’ rinovazzjoni li sar.

Huwa faħħar ix-xogħol li qed tagħmel is-Sedqa biex persuni li jieħdu d-droga joħorġu mill-vizzju u jirriformaw lilhom infushom.

Falzon kien akkumpanjat fuq il-post mill-Kap Eżekuttiv tal-FSWS Alfred Grixti u l-Manager tal-Komunità Santa Marija Thomas Galea.

Sport