Tuesday, May 21, 2024

ARA: “Mhux minnu li se nċedu… se nibqgħu niddefendu l-istat tagħna”

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky xerred filmat tiegħu nnifsu jdur fit-toroq ta’ tal-Kapitali u dan sabiex ixejjen xnigħat li hu kien sejjaħ l-armata tiegħu biex iċċedi quddiem għall-attakki tat-truppi Russi.

“Hemm ħafna informazzjoni falza online fost l-oħrajn li jien sejjaħt biex l-armata tagħna biex iċċedi u li tinsab għaddejja evakwazzjoni”, qal il-President Ukren bil-bini ta’ Gorodetsky House fl-isfond.

Huwa sostna li hu jinsab hemm u li mhuwiex lest li jċedi b’dan il-mod. “Se nibqgħu niddefendu l-istat tagħna”, sostna Zelensky.

Sport