Friday, December 27, 2024

ARA: MP Franċiża tgħid li għandu jitressaq vot ta’ sfiduċja kontra l-Gvern Franċiż

Aqra wkoll

Eluf ta’ Franċiżi nġabru fil-kapitali Franċiża kif ukoll f’għadd ta’ bliet oħra madwar Franza, fi protesti kontra l-Gvern Franċiż wara li l-istess Gvern prova jgħaddi riforma dwar iż-żieda fl-età tal-irtirar mingħajr ma jieħu l-vot tal-membri parlamentari. Id-dimostranti kantaw l-innu nazzjonali u xerju l-bnadar tat-trade-union.

Il-Prim Ministru Franċiża, Élisabeth Borne, awtorizzat lill-Gvern sabiex jevita votazzjoni dwar din l-emenda. Din id-deċiżjoni ttieħdet biss ftit minuti qabel ma l-Membri Parlamentari kellhom jiltaqgħu biex jivvutaw dwar dan l-abbozz kontroversjali. Apparentament, dan l-atteġġjament min-naħa tal-Gvern Franċiż seħħ minħabba biża’ li forsi ma jkunx hemm maġġoranza favur l-emenda.

Dan l-atteġġjament qajjem furur kbir fost il-politiċi tal-oppożizzjoni, bi wħud minnhom infexxu jkantaw l-innu nazzjonali Franċiż “La Marseillaise”. Membru tal-Oppożizzjoni, Marine Le Pen, issuġġeriet sabiex jitressaq vot ta’ sfiduċja kontra t-tmexxija tal-President Emmanuel Macron.

Fi Place de la Concorde, f’Pariġi, saħansitra l-protestanti xegħlu n-nar; il-Pulizija tal-lokal min-naħa tagħhom kellhom jirribattu bil-gass tad-dmugħ sabiex jikkontrollaw il-folla li nġabret fil-pjazza. Għexieren ta’ persuni sfaw arrestati.

Ekonomija

Sport