Thursday, April 18, 2024

Mara tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Mara kellha tiddaħħal l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-6:30 p.m., kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Misraħ il-Knisja, Birżebbuġa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 60 sena residenti Birżebbuġa stess kienet intlaqtet minn vettura tal-għamla Mazda Demio li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 59 sena residenti ż-Żejtun.

Il-mara ta’ 60 sena ngħatat l-għajnuna minn tim mediku sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport