Wednesday, April 24, 2024

ISSA ANKE ĦANŻIR TELQU FIT-TRIQ

Aqra wkoll

Li jiġu abbandunati klieb u qtates fit-toroq ta’ pajjiżna, għalkemm hija xi ħaġa kundanabbli, iżda saret norma tal-ġurnata.

Però dalgħodu s-Santwarju tal-Annimali AAA sab ukoll ħanżir li jidher li xi persuni allegatament telquh fit-toroq qrib sew l-istess Santwarju.

Fuq il-paġna ta’ Facebook l-AAA qalu li huma jinsabu ħdejn il-ħanżir, iżda hu ferm diffiċli biex taqbdu minħabba li hu selvaġġ ħafna u qed jibża’.

Huma qalu li x’ħin jaqbduh se jkunu qegħdin iżommuh b’mod temporanju sakemm jiġi addottat.

L-AAA talbu l-għajnuna tal-pubbliku biex xi ħadd imur jgħinhom jaqbduh minħabba li qiegħed passi biss ‘il bogħod mit-Triq ta’ Ħal Far, u jekk joħroġ f’dik it-triq jinqatel żgur minn xi karozza.

Sport