Wednesday, April 24, 2024

“Konferma li Gvern Labursita mmexxi mill-PM Abela huwa l-unika forza politika li jista’ jmexxi dan il-pajjiż ‘il quddiem”

Il-Ministru Jonathan Attard

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Gvern intqal li l-atitudni tal-Oppożizzjoni lbieraħ fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż hija inaċċettabli. Dan kien il-messaġġ ewlieni waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru Jonathan Attard u d-Deputat Parlamentari Randolph De Battista fejn saħqu kif l-arroganza tal-Oppożizzjoni mhux biss hija bla limitu iżda hija wkoll arroganza ta’ min jemmen li dak li jagħmel hu kollu tajjeb u dak li jagħmel ħaddieħor huwa ħażin.

Id-deputat Randolph De Battista spjega kif il-Gvern seta’ adotta atitudni populista bħall-Oppożizzjoni imma minflok għażel triq differenti.

“Stajna noħorġu ngħidu li l-Partit Nazzjonalista mhux kredibbli, stajna ġġustifikajna n-nuqqasijiet bil-ħafna tajjeb li sar fil-qasam tas-saħħa.

Stajna għażilna dik it-triq imma la qatt adottajna dik il-mentalita’ u wisq aktar se nadottawha issa. Għax il-poplu jistenna maturita’ minnha l-politiċi. U għalhekk qed naħdmu biex bħala Gvern nieħdu l-passi kollha meħtieġa fl-interess nazzjonali.”

Il-Ministru Jonathan Attard sostna li għall-kuntrarju, id-dibattitu tal-bieraħ dwar is-sentenza marbuta mill-isptarijiet konċessa lil Steward ħareġ bl-aktar mod ċar is-serjeta’ fl-approċċ li qed jieħu l-Gvern.

“Ilbieraħ kienet konferma oħra ċara kemm Gvern Labursita mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela huwa l-unika forza politika li jista’ jmexxi dan il-pajjiż ‘il quddiem. 

Dan kollu se jkun parti minn kullana ta’ riformi li qed jitwettqu f’Malta u għalhekk filwaqt li nagħtu s-serħan il-moħħ, nibqgħu nattiraw l-investiment b’fiduċja f’pajjiżna.Quddiem l-arroganza tal-Partit Nazzjonalista, aħna se nibqgħu nkattru l-ġid, nimplimentaw riformi kuraġġużi u nkomplu nwettqu ‘l pjan ta’ Malta Flimkien.”

Sport