Wednesday, April 24, 2024

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal żewġ persuni li daħlu jisirqu minn ħanut f’Marsaskala

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-7:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet serqa minn ħanut fi Triq is-Silla, Marsaskala.

Minn stħarriġ illi sar jidher li żewġ persuni waqfu quddiem il-ħanut, b’wieħed minnhom daħal ġewwa u talab il-flus lill-kaxxier, waqt li l-persuna l-oħra baqgħet tistenna barra.

Huma ħarbu minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti. Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħallelin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport