Saturday, May 18, 2024

ARA: Numru ta’ edukaturi jġibu l-interess tal-istudenti qabel l-istrajk u jidħlu għax-xogħol

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ritratti: Roger Azzopardi

YouTube video

Wara li dalgħodu rċevejna ritratti ta’ studenti li tħallew jistennew wara l-grada tal-iskola sakemm finalment dawn kellhom jaċċettaw il-fatt li din ma kinitx se tinfetaħ, ritratti li għandu dan is-sit jikkonferma li ħafna skejjel fetħu l-bibien tagħhom għall-istudenti kif previst.

Edukaturi li tkellmu ma’ dan is-sit minn skejjel varji qalulna li ma setgħux jibqgħu d-dar u jħallu lill-istudenti u lill-ġenituri jistennew bla ma jafu x’se jiġri ftit sigħat biss mill-azzjoni industrijali li tħabbret mill-MUT filgħaxija.

Intant aktar edukaturi, inklużi membri tal-MUT saħqu dan fuq il-profili tagħhom ta’ Facebook u qalu li l-interess tal-istudenti jiġi l-ewwel u qabel kollox u li se jirrapurtaw għax-xogħol filwaqt li jimxu fuq il-pariri mogħtija lilhom mill-awtoritajiet tas-saħħa.

YouTube video

Sport