Monday, December 9, 2024

164 każ ġdid… Ifiqu 73 persuna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mill-2,806 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa, kien hemm 164 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 73 persuna li rkupraw mill-virus biex għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi issa żdied għal 1,935.

Intant mill-każi reġistrati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 54 persuna pożittiva wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom pożittivi għall-virus, 24 każ ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, 10 persuna li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn pożittivi għall-virus, u 11-il każ minn attivitajiet soċjali.

Ekonomija

Sport