Wednesday, April 24, 2024

ARA: “Qatt m’jien se ninsa dan il-jum anke għax proprju llum nagħlaq żmieni”

Impjegata Ingliża f'Buġibba ma temminx li r-Re Charles kellu jkun is-suċċessur tar-Reġina

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-impjegata Ingliża li sservi lill-klijenti f’Jason’s Bar, Gaby Dell ta’ 55 sena, għalqet sninha proprju llum. Hija tkellmet ma’ dan is-sit fejn qalet li, “bħala Ingliża u bħala nazzjon nixtieq li nuruha r-rispett li jixirqilha. Qatt ma se ninsa dan il-jum. Ippreparajt kejkijiet tipiċi Ingliżi u nittama li kollox imur sewwa. Nista’ ngħidlek li llum għandi emozzjonijiet imħallta. Il-mewt tar-Reġina żgur li hija ta’ telfa kbira għar-Renju Unit għax hija kienet l-aktar membru tal-monarkija li damet fuq it-tron. Kienet mara kbira u mexxiet pajjiż. Mhux dejjem qbilt mal-politika tagħha imma kienet hija li mexxiet lil pajjiżi fi żmien il-Gwerra u kienet hija li ffaċċjat kollox fiż-żminijiet turbolenti tal-iskandli tal-membri l-oħra tal-familja rjali,” insistiet Gaby.

YouTube video
Filmat: Alan Saliba

Proprju dwar l-imsemmija skandli, Gaby personalment ukoll tħoss li r-Re Charles III ma kellux ikun is-suċċessur tar-Reġina Eliżbetta. L-opinjoni pubblika xxaqleb ħafna favur ibnu l-kbir William bl-akbar raġuni tkun dik li William jista’ jmexxi għal aktar snin. 

Gaby żiedet tgħid li, “m’niex favur lanqas tar-Reġina Konsorti Camilla minħabba dak li ġara lil Diana u dak li ġara f’dawn l-aħħar snin. Dawn ħallewha tiżżewweġ minkejja li hija ddivorzjata u issa qiegħda fuq it-torn. Kellha twaqqaf l-istorja ta’ mħabba bejnha u bejn Charles meta dan tal-aħħar kien miżżewweġ ma’ Diana. Camilla kellha tħallihom bi kwiethom ħalli jibqgħu jmexxu flimkien bħala l-Prinċep u l-Prinċipessa ta’ Wales. Forsi kieku llum għandna lil Diana reġina”.

Sport