Thursday, April 18, 2024

ARA: “Eliżabetta kienet persuna verament onesta”

Anzjan Ingliż li ilu jgħix f'pajjiżna għal dawn l-aħħar 40 sena

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Anzjan Ingliż, klijent li kien qiegħed isegwi x-xandira minn filgħodu kmieni, kien Stranex-Shaw ta’ 82 sena. Huwa ilu jgħix hawn Malta għal dawn l-aħħar 40 sena. Min-naħa tiegħu Shaw, li tant jammira lir-Reġina Eliżabetta II, qalilna li kellu biss 11-il sena meta hija saret reġina u jiftakar li kienet tgħix Malta. 

YouTube video
Filmat: Alan Saliba

“Nemmen li kienet tajba ħafna bħala mexxejja tal-familja rjali. Ma nemminx li binha Charles kellu jsir re imma l-monarkija Ingliża xorta waħda se tibqa’ b’saħħitha. Nemmen li issa li mietet ir-Reġina Eliżabetta, l-affarijiet mhux se jkunu l-istess għax Charles mhuwiex bħal ommu… Jiġbed lejh ħafna. Kien miżżewweġ ma’ Diana u ma naqbilx li issa qiegħed ma’ din il-mara l-oħra li ħadet post Diana. Charles ma ssagrifikax ħajtu għall-monarkija,” sostna emozzjonat dan l-anzjan. 

Shaw li tilef ħafna għeżież tul ħajtu fosthom lil ommu u lil missieru, spjega kif għalih din it-telfa mhiex wisq differenti minn dawk li diġà sofra. Huwa temm jgħid li, “qiegħed insegwiha għax tinżel bħala parti mill-Istorja u llum se niltaqa’ ma’ ħafna nies. Se nsegwi kollox sal-aħħar. Li żgur nista’ ngħid huwa li r-Reġina Eliżabetta kienet persuna verament onesta u jixraqilha rispett”. 

Ekonomija

Sport