Thursday, July 23, 2026
Home Sport WU SHU KY Kickboxing flimkien ma’ Team Boom Combat Forge jirrappreżentaw lil...

WU SHU KY Kickboxing flimkien ma’ Team Boom Combat Forge jirrappreżentaw lil Team Malta fil-Kampjonati WMAC fis-Slovenja

0
18

WU SHU KY Kickboxing flimkien ma’ Team Boom Combat Forge jirrappreżentaw lil Team Malta fil-Kampjonati WMAC fis-Slovenja

It-Tim WU SHU KY Kickboxing flimkien ma’ Team Boom Combat Forge irrappreżenta bi kburija lil Team Malta  matul il-jiem li għaddew fil-Kampjonati WMAC fis-Slovenja.

Ġewwa l-villaġġ u l-kumpless sportiv ta’ Podčetrtek, post sabiħ ħafna u magħruf sew għat-termal spas u n-natura kwieta tiegħu, sar dan l-avveniment fejn it-tim nazzjonali Malti kkompeta fil-European Championships u reġa’ ħareġ bl-unuri.

Kontinġent ta’ 30 ruħ Malti, wieħed jissapportja lill-ieħor. L-għaqda li kien hemm, immexxija mill-Instructor Wayne Camilleri, sfortunatament mhux dejjem issibha f’pajjiżna. Pajjiż żgħir fejn flok ningħaqdu u niġbdu ħabel wieħed għall-Combat Sports, kultant ikun hemm battibekki kontinwi — però mhux f’dan il-każ.

L-għaqda u s-sapport li rajna kienu eżempju ċar ta’ kif għandhom ikunu l-clubs lokali.

L-istudenti kisbu esperjenza internazzjonali importanti u nkisbu riżultati eċċellenti:

 Alec Bonnici – 1° Post fil-Kickboxing Light

 Jake Fenech – 2° Post fil-K1

 Mikael Sammut – 3° Post fil-K1 u Oriental Boxing

 Liam Vella Cappello – 3° Post fil-Kickboxing Light

 Kaylen Borg Naudi – 3° Post fil-Kickboxing Light

 Reinaldo Dijeri – 3° Post fil-Kickboxing Light

 Zdenik Grima – 3° Post fil-Kickboxing Light (Juniors)

 Kelson Grima – 3° Post fil-Kickboxing Light (Juniors)

Jaid Agius kiseb l-ewwel post fl-Oriental Boxing fejn iddomina r-ring b’żewġ KO fights, u tela’ sal-finali fejn akkwista ċ-ċinturin tar-rebħa.

L-esperjenza li jiksbu dawn l-atleti mhijiex biss fl-isport u l-kompetizzjoni li jipparteċipaw fiha, iżda wkoll fil-fatt li raw b’għajnejhom postijiet kulturali sbieħ bħal Lake Bled u n-natura li s-Slovenja hija magħrufa għaliha.

Nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lil SportMalta talli approvat l-isport leave għall-atleti u l-uffiċjali tat-tim nazzjonali Malti, lit-Tabiba Dr Nicole Meli, lill-fotografu u atleta Manwel Grima, kif ukoll lill-coaches Alan Borg, Wayne Camilleri, Robert Cassar u Jesred Piscopo.

It-tim nazzjonali Malti jixtieq ukoll jirringrazzja lil Visit Malta tas-sapport kontinwu tagħhom f’dawn l-avvenimenti internazzjonali, fejn dejjem ikunu ta’ għajnuna kbira biex l-atleti Maltin ikunu jistgħu jirrappreżentaw lil pajjiżna bl-aqwa mod possibbli.

Il-kontinġent issa se jibda jipprepara għall-World Championships li se jsiru ġewwa Bregenz, l-Awstrija.