Luxol St Andrews FC ġew inkurunati champions tal-FMA Enemed Futsal League għall-10 darba fl-istorja tagħhom wara rebħa ta’ 7-1 kontra t-tim tal-Università ta’ Malta fil-finali tal-Elite Playoffs li ntlagħbet fin-National School of Sport, Pembroke.
Luxol bdew il-partita b’ritmu qawwi u fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls sa tmiem l-ewwel taqsima, fejn ikkontrollaw il-logħba b’wirja ta’ livell għoli kontra avversarji determinati li qatt ma qatgħu qalbhom. Fit-tieni taqsima Luxol komplew jikkontrollaw il-logħba biex finalment ċċelebraw rebħa konvinċenti li tathom it-titlu nazzjonali u t-tieni trofew tal-istaġun. Minkejja d-differenza fl-iskor finali, it-tim tal-Università ta’ Malta jista’ jżomm rasu mgħollija wara wirja ta’ qalb, determinazzjoni u oppożizzjoni mill-aqwa kontra wieħed mill-aktar timijiet dominanti fil-futsal Malti.
Dan kien ukoll l-10 titlu nazzjonali fl-istorja ta’ Luxol, konferma oħra tad-dominanza tagħhom fix-xena tal-futsal lokali matul is-snin, filwaqt li komplew isaħħu l-istatus tagħhom bħala wieħed mill-aktar klabbs suċċessivi fil-pajjiż.
Uffiċjali għolja ta’ Luxol sostnew li issa l-għan ewlieni tal-klabb huwa li jkompli javvanza aktar fil-kompetizzjonijiet Ewropej u jkompli jsaħħaħ il-prestiġju tal-futsal Malti fix-xena internazzjonali.

